Thursday, April 25, 2024

Il-Port Ħieles se jagħlaq temporanjament f’turija ta’ rispett lejn Christ Zahra

Aqra wkoll

Il-Malta Freeport Terminal għada se jkun qed jagħlaq f’turija ta’ rispett lejn Christ Zahra, li l-ġimgħa li għaddiet tilef ħajtu traġikament waqt li kien qed jaħdem. Il-Port Ħieles se jkun qed jieqaf bejn nofsinhar u l-4.00 p.m. waqt li jkun qed isir il-funeral ta’ Christ Zahra.

Nhar it-Tlieta li għadda Christ, li huwa missier ta’ 36 sena residenti Ħal Safi, kien qed juża lifter meta għal xi raġuni kontejner waqa’ fuq il-kabina tal-lifter bil-konsegwenza li miet mgħaffeġ.

Sport