Wednesday, March 27, 2024

Is-servizz ta’ teħid tad-demm fil-komunità issa estiż fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex

Aqra wkoll

Wara li ġie introdott servizz pilota ġdid ta’ flebotomija fil-komunità fil-lokalitajiet ta’ Birkirkara, Mosta, Fgura u Ħaż-Żabbar, l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità qed testendi dan is-servizz fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex. Bis-saħħa ta’ dan is-servizz, dawk l-anzjani u l-persuni b’diżabbiltà li għandhom xi diffikultà fil-mobilità jista’ jitteħdilhom id-demm għat-testijiet minn nies professjonisti bla ħlas fil-kumdità ta’ darhom.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabbiltà Silvio Parnis qal li dan is-servizz huwa ddedikat għal dawk l-anzjani u l-persuni b’diżabbiltà li jgħixu fi djarhom u minħabba xi problemi f’saħħithom ma jkunux jistgħu joħorġu minn darhom biex imorru fl-isptarijiet u fiċ-ċentri tas-saħħa għal dan is-servizz. Ħafna minn dawn il-persuni qed ikollhom iħallsu lil xi ħadd privatament għal dan is-servizz.

YouTube video

Waqt din il-konferenza tal-aħbarijiet, il-Kap Eżekuttiv tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità Dr Renzo De Gabriele ppreżenta ċertifikat lil disa’ infermiera talli temmew b’suċċess il-kors tal-flebotomija. Dawn l-infermiera huma;

  • Bernardette Caruana 
  • Rania Tajuri
  • Samantha Cervellera
  • Premjith Preman
  • Katalin Mikovic
  • Yana Permina
  • Noelene Vella
  • Louise Purton
  • Ann Cremona

Għal aktar informazzjoni jew biex wieħed jibbukkja dan is-servizz,  jista’ jċempel fuq 22589393 jew inkella fuq in-numru 159.

Ekonomija

Sport