Monday, January 24, 2022

Il-President ifaħħar il-5 edizzjoni ta’ ‘Tallinja għal L-Istrina’

Aqra wkoll

Il-President ta’ Malta, George Vella, attenda t-tnedija tal-ħames edizzjoni ta’ ‘Tallinja għal L-Istrina’, inizjattiva organizzata mill-Malta Public Transport li permezz tagħha n-nollijiet kollha miġbura mill-kards tallinja personalizzati u mill-biljetti nhar is-Sibt 18 ta’ Diċembru 2021 se jingħataw lil L-Istrina u lill-Malta Community Chest Fund Foundation (l-MCCFF).

Mill-2016 ’l hawn, din l-inizjattiva ġabret ’il fuq minn €140,000 f’fondi, li jammontaw għal donazzjoni ta’ madwar €35,000 kull sena. Abbażi tan-numri attwali ta’ passiġġieri, it-tbassir jindika li d-donazzjoni ta’ din is-sena se tkun ta’ bejn €35,000 u €40,000. Id-donazzjoni finali se tiġi ppreżentata minn rappreżentanti tal-kumpanija matul il-maratona televiżiva ta’ L-Istrina li se ssir fis-26 ta’ Diċembru.

Fid-diskors tiegħu, il-President irringrazzja lid-diretturi u lill-impjegati tal-Malta Public Transport talli ngħaqdu f’din l-inizjattiva nobbli u talli huma eżempju mill-aqwa ta’ kif ir-responsabbiltà soċjali tippromwovi u tħares il-benesseri ta’ dawk kollha madwarna. Irrimarka li, kull sena, l-MCCFF tappoġġa lil diversi individwi u entitajiet u b’hekk ittejjeb is-saħħa, il-kwalità tal-ħajja u l-benesseri ta’ nies mill-oqsma kollha tal-ħajja li jkunu fil-bżonn.

Sport