Saturday, December 21, 2024

Il-Pride March fil-Belt Valletta

Aqra wkoll

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigieg li s-Sibt li għadda flimkien fost oħrajn mal-Prim Ministru Robert Abela ħadet sehem fil-Pride March stqarret ma’ dan is-sit li ċ-ċelebrazzjoni ta’ din is-sena kienet qed timmarka 20 sena minn meta saret l-ewwel Pride March.

Grazzi għar-riformi kbar favur l-ugwaljanza li saru mill-Partit Laburista fil-gvern, il-komunità LGBTIQ+ kisbet drittijiet li kienet ilha mċaħħda minnhom inġustament.

Rebecca Buttigieg qalet li hija konxja li baqa’ miżuri oħrajn x’jitwettqu favur il-komunità u tenniet l-impenn tal-gvern li iwettaq il-proposti kollha tal-manifest elettorali.

Is-Segretarju Parlamentari qalet li l-parteċipazzjoni wiesgħa fil-Pride ta’ din is-sena anke minn persuni li mhumiex parti mill-komunita LGBTIQ+ jimlewha b’kuraġġ u jissinifikaw li l-kampaniji edukattivi li saru s-sena li għaddiet fil-EuroPride kellhom effett pożittiv.

Żiedet tgħid li madankollu għadhom jeżistu ċerti pregudizzji li jikkawżaw diskriminazzjoni kontra membri ta’ din il-komunità li jinħtieġ aktar ħidma biex jiġu megħluba.

Preżenti għal din iċ-ċelebrazzjoni li saret fit-toroq ewlenin tal-Belt Valletta kien hemm ukoll l-amministrazzjoni ċentrali tal-General Workers’ Union flimkien ma’ uffiċjali oħra mill-istess unjin.

Ekonomija

Sport