Saturday, December 21, 2024

Il-Prim Imħallef b’apoloġija hekk kif fotografi u vidjografi ma’ tħallewx jidħlu fl-awla

Aqra wkoll

Wara s-seduta inawgurali tal-ftuħ tas-sena forensi 2024-2025, il-Prim Imħallef ġie infurmat li dehru rapporti fil-media lokali li fuq ordni tiegħu ma tħallewx jidħlu fl-awla fejn saret is-seduta, fotografi u vidjografi ta’ djar tal-media lokali.

Jidher li kien hemm nuqqas ta’ komunikazzjoni, liema nuqqas wassal għal dak li seħħ u żgur ma kinitx l-intenzjoni tal-Prim Imħallef li jkun hemm tali projbizzjoni.

Fl-ebda sena, kemm ilu Prim Imħallef, ma saret xi projbizzjoni biex id-djar tal-media lokali jattendu għas-seduta u jieħdu ritratti jew filmati tas-seduta. 

Dak li seħħ din is-sena kien frott ta’ żball ġenwin li għalih il-Prim Imħallef jibgħat l-apoloġija sinċiera tiegħu.

Ekonomija

Sport