Il-Prim Ministru Robert Abela bħalissa jinsab f’Antalya, it-Turkija, għas-summit tal-COP31, organizzat mill-Ġnus Magħquda, fejn matulu diversi mexxejja minn madwar id-dinja qed jiltaqgħu biex jiddiskutu t-tibdil fil-klima u kif jistgħu jikkontrollawha.
Dan is-summit qed isir fi sfond ta’ diversi sfidi internazzjonali, fosthom iż-żieda fl-għargħar u s-sħana estrema li l-kontinent Ewropew intlaqat minnu matul dan is-sajf, u kif ukoll il-gwerra fil-Lvant Nofsani, li waslet għal żieda fil-prezzijiet tal-fuels.
B’din iż-żieda fil-prezzijiet qed tagħmilha aktar diffiċli għall-pajjiżi biex jilħqu l-miri tal-Ftehim ta’ Pariġi ta’ 11-il sena ilu. Dan il-ftehim kien ġie ffirmat biex il-pajjiżi jevitaw it-tisħin globali ma jaqbiżx iż-żewġ gradi Celsius fis-sena.
