Liverpool kellhom jingħataw penalty wara li Alexander Isak inżamm minn flokk minn Jurrien Timber waqt il-partita kontra Arsenal, skont il-KMI Panel tal-Key Match Incidents (KMI) tal-Premier League.
L-inċident seħħ waqt il-konfront li ntlagħab f’Anfield fl-1 ta’ Novembru, meta r-referi Andy Madley ħalla l-logħob għaddej minkejja l-protesti tal-players ta’ Liverpool. Anke l-VAR, immexxi minn Stuart Attwell, ma rrakkomandax li r-referi jirrevedi l-azzjoni.
Madankollu, erbgħa mill-ħames membri tal-bord indipendenti qiesu li Liverpool kellhom jingħataw il-penalty, filwaqt li tlieta minnhom emmnu li l-VAR kellu jintervjeni.
Il-bord iżda ddeċieda li l-azzjoni ma kinitx tiġġustifika karta ħamra għal Timber.




