Wednesday, November 11, 2026
Home Sport Il-goalkeeper Ġermaniż, Manuel Neuer, mistenni jirtira fi tmiem l-istaġun

Il-goalkeeper Ġermaniż, Manuel Neuer, mistenni jirtira fi tmiem l-istaġun

0
28

Il-goalkeeper ta’ Bayern Munich, Manuel Neuer, mistenni jtemm il-karriera professjonali tiegħu fi tmiem l-istaġun 2026/27, meta jagħlaq 41 sena.

Skont rapporti fil-midja Ġermaniża, il-goalkeeper ta’ 40 sena huwa kważi ċert li se jirtira meta jiskadilu l-kuntratt ma’ Bayern fis-sajf tal-2027.

Neuer ingħaqad ma’ Bayern fl-2011 mingħand Schalke u matul il-karriera tiegħu rebaħ żewġ titli taċ-Champions League, diversi kampjonati Ġermaniżi u t-Tazza tad-Dinja tal-2014 mal-Ġermanja.

Minkejja li dan l-aħħar sofra injury f’siequ l-leminija, il-goalkeeper mhux mistenni jtemm il-karriera qabel iż-żmien. S’issa għadu ma sar l-ebda avviż uffiċjali dwar l-irtirar tiegħu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here