Il-Prim Ministru Robert Abela u martu Lydia jżuru lil Ben

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela u martu, Dr Lydia Abela, żaru lil Ben ta’ 14-il sena fl-Isptar Mater Dei, hekk kif għadu għaddej bil-proċess ta’ rkupru wara l-inċident traġiku bid-dgħajsa li seħħ il-Ħadd li għadda.

Il-kundizzjoni ta’ Ben tjiebet, tant li, skont rapporti, iż-żagħżugħ ħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva, fejn kien qed jingħata l-kura wara li ddaħħal f’kundizzjoni serja.

L-inċident seħħ il-Ħadd filgħaxija, meta d-dgħajsa li kien fuqha Ben inkaljat fuq is-Sikka s-Safra, lil hinn minn Baħar iċ-Ċagħaq.

Missieru, Keith Caruana ta’ 48 sena, residenti l-Mellieħa, tilef ħajtu traġikament kawża tal-ġrieħi li ġarrab. Sadanittant, raġel ieħor ta’ 44 sena minn Bormla għadu rikoverat l-isptar.

Omm Ben, Yanika, irringrazzjat lill-pubbliku għall-appoġġ kbir li l-familja tagħha rċeviet f’dawn il-mumenti diffiċli. Hija rringrazzjat ukoll lill-persuna li għamlet it-telefonata ta’ emerġenza fil-ħin opportun, li permezz tagħha s-servizzi ta’ salvataġġ setgħu jaslu għand id-dgħajsa.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport