Għas-seba’ darba, Malta ntgħażlet biex tospita waħda mill-ikbar fieri tal-iGaming minn madwar id-dinja, SiGMA Europe 2021.
Fiera li attirat lejn pajjiżna rekord ta’ 600 investitur u li għall-ewwel darba ġabret ukoll taħt saqaf wieħed l-investituri interessati fis-setturi tal-intelliġenza artifiċjali u l-blockchain, fost oħrajn. Dan hekk kif bħala parti mill-istess fiera, qed tittella’ wkoll dik tal-AIBC.
Waqt żjara li għamel il-Prim Ministru Robert Abela fl-MFCC ġewwa Ta’ Qali, huwa nnota s-sens ta’ ottimiżmu fost l-investituri preżenti li qed iħarsu lejn Malta bħala opportunità fejn jinvestu. Huwa awgura li għal sena oħra, SiGMA Europe tkun fiera oħra ta’ suċċess li tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ pajjiżna f’dawn is-setturi.