Spanja se tmur għall-elezzjoni bikrija fi ftit tal-ġimgħat oħra. Did-deċiżjoni ttieħdet mill-Prim Ministru Pedro Sanchez wara li nhar il-Ġimgħa, il-Parlament Spanjol irrifjuta li japprova sensiela ta’ miżuri li kienu jinkludu projbizzjoni fuq l-iżgumbrament li l-Gvern Soċjalista kien ippropona biex jindirizza l-kriżi tad-djar.
Il-gvern minoritarju ta’ Sánchez naqas milli jikseb l-appoġġ kemm mill-alleati tiegħu kif ukoll mill-partiti tal-oppożizzjoniu u dan fisser li l-proposti ġew miċħuda waqt il-votazzjoni.
Il-miżuri li ressaq il-Gvern kienu tfasslu b’reazzjoni għall-protesti madwar il-pajjiż kollu li kienu nqalgħu wara li mara anzjana ta’ 87 sena tkeċċiet minn darha għax ma setgħetx tħallas iż-żieda qawwija fil-kera tad-dar fejn kienet tgħix.
Il-kera tax-xwejħa żdiedet minn €500 għal €2,650, iżda aktar tard tnaqqset għal €1,650 – ammont li xorta waħda kien jaqbeż bi €300 il-pensjoni tagħha ta’ kull xahar.
Pedro Sánchez ilu Prim Ministru ta’ Spanja mill-2018 u l-pajjiż ma kienx qed jistenna li jmur għal elezzjoni ġenerali qabel is-sajf tal-2027.
Bħala mexxej tax-xellug fi Spanja, Pedro Sánchez sab ruħu jagħmel parti minn grupp dejjem jiċkien fi ħdan l-Unjoni Ewropea, hekk kif ħafna votanti qed iduru lejn il-lemin, u saħansitra anki lejn il-lemin estrem kif ġara fi Franza.
F’dawn l-aħħar xhur, huwa kiseb l-appoġġ ta’ dawk kollha li jappoġġjaw il-kawża Palestinjana u għall-pożizzjoni li ħa bla biża dwar is-sitwazzjoni ta’ Gaża. Il-gvern tiegħu kien wieħed mill-akbar kritiċi fl-Ewropa fil-konfront ta’ Iżrael, li akkużah ukoll b’ġenoċidju.
Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump ikkritika b’mod speċifiku lil Spanja talli skont hu, Sanchez naqas milli jonfoq biżżejjed fuq id-difiża u talli l-pajjiż ma kkontribwiex biżżejjed għall-alleanza tad-difiża kollettiva tan-NATO.
Min-naħa tiegħu, Sánchez tkellem kontra l-President Amerikan, b’mod partikolari wara l-operazzjoni militari tal-Istati Uniti li neħħiet mis-setgħa lill-mexxej tal-Venezwela, Nicolas Maduro.
Fl-aħħar mill-aħħar, il-politika lokali – flimkien mal-kwistjonijiet kruċjali bħal dik tad-djar u l-affordabbiltà – li wasslet lil Sánchez sa dan il-punt.
Fil-frattemp, il-biċċa l-kbira tal-istħarriġ tal-opinjoni pubblika jindikaw li l-konservattivi x誕ktarx li joħorġu bħ 2026. Madankollu, huwa mistenni li jkollhom bżonn l-appoġġ tal-partit tal-lemin estrem Vox biex jiffurmaw gvern.




