Il-futbol reġa’ wera l-aspett soċjali tiegħu hekk kif is-Sibt li għadda, Victoria Hotspurs u Valletta FC iltaqgħu fis-Sannat Ground f’Għawdex għall-partita ta’ ħbiberija b’risq Puttinu Cares.
Qabel il-logħba nħolqot atmosfera sabiħa fir-Rabat, Għawdex, bil-partitarji taż-żewġ timijiet jingħaqdu fil-Pre-Match Fanzone fil-Victoria Hotspurs Sports Bar.
Il-logħba bejn dawn iż-żewġ timijiet intemmet fi draw ta’ mingħajr gowls biż-żewġ naħat li ppruvaw jinfdu lid-difiżi rispettivi li rriżultaw ferm tajbin f’din iċ-ċirkostanza.
Lil hinn mir-riżultat, iż-żewġ klabbs użaw il-futbol biex iwasslu messaġġ qawwi ta’ solidarjetà, filwaqt li l-partitarji taw il-kontribut tagħhom għal din l-inizjattiva nobbli.





