Thursday, February 27, 2025

Il-problema tal-kliewi ta’ Papa Franġisku ġiet solvuta

Aqra wkoll

Mill-informazzjoni maħruġa mill-Isptar Gemelli, il-Papa, li għandu 88 sena u li ilu rikoverat fl-Isptar Gemelli mis-14 ta’ Frar li għadda, qed ikompli l-perkors terapewtiku tiegħu b’aħbarijiet pożittivi u ta’ serħan il-moħħ fuq diversi fronti. Il-problema tal-kliewi ġiet solvuta, ma kienx hemm iktar kriżijiet respiratorji, u filwaqt li l-infjammazzjoni fil-pulmuni għadha preżenti, hemm tama li tkun qed tissolva. Żgur li c-CT scan ikkonfermat li ma kien hemm ebda aggravar tas-sitwazzjoni.

Meta fil-bullettin mediku tissemma l-analiżi emato-kimika u emakrocitometrika, qed issir referenza għal diversi parametri tad-demm, li wkoll irrizultaw pożittivi billi kkonfermaw it-titjib osservat il-ġurnata ta’ qabel. Fid-dawl ta’ dawn ir-riżultati, se jkun importanti li wieħed jara kif se tevolvi l-kundizzjoni tas-saħħa tal-Papa Franġisku matul it-24 siegħa li ġejjin, sabiex jiġi stabbilit jekk u meta tkun tista’ titneħħa l-prognosi riservata.

“Dan huwa sinjal tajjeb. L-eżami jikkonferma li l-pnewmonja bilaterali li biha qed jbati l-Papa Franġisku qed tippassi lejn il-fejqan,” qal il-Professur Luca Brunese, li kkummenta dwar il-bullettin mediku tal-Papa fi stqarrija lil AdnKronos.

“Ic-CT scan tindikalna li jinsab f’qagħda aħjar. It-tobba qed jitkellmu dwar ‘evoluzzjoni normali tal-kundizzjoni flogistika pulmonari’, jiġifieri li l-fokus tal-pnewmonja naqas kemm fid-daqs kif ukoll fid-densità, u li l-parenkima pulmonari reġgħet ġiet ħielsa.”

Dawn ir-riżultati huma inkoraġġanti, iżda jeħtieġ li tibqa’ tingħata attenzjoni massima. “Madankollu, jibqgħu preżenti l-kumplikazzjonijiet l-oħra. L-insuffiċjenza tal-kliewi ħafifa li kienet osservata f’dawn l-aħħar jiem issa ġiet solvuta u ma kienx hemm aktar kriżijiet respiratorji. Madankollu, il-Papa għadu qed jirċievi ossiġenoterapija b’fluss għoli. Is-sitwazzjoni tibqa’ delikata, u għaldaqstant il-prognosi għadha riservata.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport