L-aħbar li l-Papa Franġisku kien se jingħaqad fis-soċjetà tal-Instagram ħolqot ċertu entusjażmu fost il-pubbliku.
Minkejja dan fl-aħħar sigħat huwa spiċċa f’kontroversja wara li deher jagħmel like fuq xi ħaġa li mhix xi ħaġa dastant qaddisa.
Ftit mumenti wara li l-mudella Natalia Garibotto nnutat li l-qdusija tiegħu kien ħalla like fuq ritratt tagħha liebsa ta’ studenta pjuttost provokanti.
Mhux magħruf jekk l-Papa setax b’mod aċċidentali laqat darbtejn ir-ritratt, jew kienx xi wieħed mill-membri tiegħu li għamel dan, li hu żgur hu li l-qalb tħalliet fuq ir-ritratt għal ċertu ħin.
Il-mudella ċċajtat b’dan kollu u kompliet billi tgħid “tal-anqas sejra l-ġenna. Ommi jaf tobgħod dawn it-tip ta’ ritratti, iżda l-Papa ħallieli like”.