Sunday, May 5, 2024

Il-programm ta’ Adrian Zammit mhux se jibqa’ l-istess mingħajr il-kelba li tant kien iħobb

Aqra wkoll

Il-kelba li fl-aħħar xhur; b’mod speċjali f’dawn iż-żminijiet li fihom ħafna persuni daru lejn il-midja soċjali bħala mod kif jgħaddu ż-żmien, serqet il-qlub ta’ bosta mietet wara perjodu toħodha kontra l-kanċer.

Goffy hija l-kelba ta’ Adrian Zammit, eks kandidat indipendenti għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali fil-Marsa. Minkejja li ma ġiex elett huwa kiseb ċertu popolarità mal-poplu Malti u Għawdxi permezz tal-programmi tiegħu li jxandar b’mod dirett fuq il-profil ta’ Facebook.

Miegħu kont dejjem issib l-kelba tant għal qalbu li hu kien iqisha bħala waħda minn tal-familja u qal li fi 15-il sena għamel dak kollu li seta’ biex iżommha fl-aħjar kundizzjoni possibbli.

Sport