Saturday, May 18, 2024

Lista tal-Fergħat tal-BOV li se jiftħu nhar is-Sibt 9 ta’ Mejju

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta jixtieq javża lill-klijenti tiegħu li nhar is-Sibt 9 ta’ Mejju 2020, ħames fergħat ġewwa Malta u Aġenzija f’Għawdex imsemmija hawn taħt, se jkunu miftuħa bejn id-9.00am u 12.30pm:

  • Bormla
  • Luqa
  • Mellieha
  • Qormi
  • Santa Venera
  • Sannat, Għawdex

Il-klijenti huma mħeġġa biex ma jmorrux il-fergħat tal-Bank bla bżonn u minflok jużaw il-mezzi elettroniċi tal-BOV. Il-klijenti jistgħu wkoll jinqdew billi jibagħtu email lil [email protected] u jispeċifikaw it-tip ta’ servizz li jeħtieġu, in-numru tal-mowbajl, in-numru tal-Karta tal-Identità u l-fergħa fejn normalment jinqdew. Inkella jistgħu jċemplu fuq +356 2275 3500 mit-Tnejn sal-Ġimgħa 8am sal-4pm.

Meta il-klijenti jżuru l-Bank, huma ġentilment imfakkra li għandhom:

  • jużaw is-saniters provduti kemm fid-dħul u fil-ħruġ mill-Fergħa
  • ineħħu b’mod temporanju l-maskra meta jidħlu fil-fergħa u meta l-uffiċjal tal-Bank jeħtieġ jivverifika identità tal-klijent. Din il-proċedura ma tapplikax għall-klijenti li jilbsu visor trasparenti.
  • iżommu d-distanza soċjali ta’ żewġ metri anke meta jkunu qedgħin jistennew fil-kju

L-impjegati tal-Bank se jkomplu jaqdu lill-klijenti minn wara l-perspex (screens protettivi). Aktar informazzjoni u aġġornamenti tal-BOV fuq COVID-19 jistgħu jinstabu fuq https://bov.com/content/covid-19-bov-updates.

Sport