Friday, April 19, 2024

Il-provvista ta’ fjuwil fi Sri Lanka kważi spiċċat kollha

Aqra wkoll

Il-Ministru tal-Enerġija tas-Sri Lanka ħareġ twissija serja ħafna fejn qal li l-ħażna tal-fjuwil tal-pajjiż se tispiċċa fi kwistjoni ta’ ftit sigħat oħra. Il-pajjiż tas-Sri Lanka jinsab għaddej mill-agħar kriżi ekonomika li qatt kellu f’dawn l-aħħar 70 sena fejn saħansitra m’għandux biżżejjed riserva ta’ muniti barranin biex ikun jista’ jixtri l-iktar provvisti essenzjali, fosthom il-fjuwil.

Fl-aħħar sigħat, il-Ministru Kanchana Wijesekera qal li n-nazzjon baqagħlu riserva għal nofs ġurnata filwaqt li l-provvista ta’ fjuwil li jmiss mistenna li tidħol ġimagħtejn oħra. Is-sitwazzjoni tant hija prekarja li l-ġimgħa li għaddiet dan il-pajjiż issospenda l-bejgħ ta’ petrol u diżil lil vetturi mhux essenzjali. 

Minħabba n-nuqqas kbir ta’ fjuwil, ikel u mediċini l-għoli tal-ħajja ġewwa dan il-pajjiż laħaq livelli rekord. Dan kollu qiegħed iwassal għal protesti fejn ħafna drabi qegħdin ikunu anke vjolenti. Il-gvern qiegħed jitfa’ l-ħtija fuq il-pandemija tal-Covid-19 hekk kif din staġnat it-turiżmu lejn il-pajjiż – li huwa kruċjali fl-introjtu ta’ muniti barranin. Iżda min-naħa l-oħra, għadd ta’ esperti qed jgħidu li dan kollu seħħ minħabba tmexxija ekonomika ħażina. 

Sport