Monday, December 9, 2024

Il-Pulizija b’mod ġdid għal rapporti minħabba l-coronavirus

Aqra wkoll

Minn April il-Pulizija se tkun qed tieħu rapporti mingħajr il-ħtieġa li wieħed ikollu għalfejn imur fl-għases. Dan bil-għan biex titnaqqas l-espożizzjoni tal-pubbliku inġenerali u anke tal-uffiċjali tal-Korp bħala miżura ta’ prekawzjoni kontra t-tixrid tal-coronavirus.

Għaldaqstant biex wieħed jagħmel rapport għandu jċempel fuq 22940000, jew onlajn fuq https://pulizija.gov.mt/opres, billi wieħed juża l-app 112mt li titniżżel mill-App Store jew Google Play, jew permezz tal-imejl [email protected]

Dawn it-tip ta’ rapporti għandhom isiru biss għal reati li ma jkunux jinħtieġu l-assistenza immedjata tal-Pulizija.

Meta persuna tagħmel dan it-tip ta’ rapport, għandha tikkonferma u tikkunsidra dan li ġej: 

L-identità u numru ta’ kuntatt f’każ li l-Pulizija jkollha bżonn tagħmel kuntatt magħha;

  • Il-każ mhux wieħed ta’ emerġenza;
  • Rapport falz huwa reat punibbli bi priġunerija;
  • Il-Pulizija tirrevedi l-każ u tagħmel kuntatt f’każ li jkun hemm bżonn ta’ iktar informazzjoni;
  • Il-każ ikun segwit permezz tal-email jew telephone.
 
Ekonomija

Sport