Monday, August 17, 2026
Home Internazzjonali Il-Pulizija Marokkina tarresta aktar minn 100 persuna waqt li kienu qed jipprovaw...

Il-Pulizija Marokkina tarresta aktar minn 100 persuna waqt li kienu qed jipprovaw jidħlu f’Ceuta

0
17

Il-Pulizija Marokkina arrestat 111-il persuna waqt li kienu qed jippruvaw jidħlu fit-territorju Spanjol ta’ Ceuta, u dan fost miżuri ta’ sigurtà msaħħa fuq iż-żewġ naħat u wara li diversi posts fuq il-midja soċjali kienu qed isejħu għal qsim ieħor tal-fruntiera minn numru kbir ta’ nies.

L-attentat ta’ qsim tas-Sibt seħħ ġimagħtejn wara li aktar minn 72,000 migrant daħlu f’Ceuta f’daqqa, li wassal għal tensjonijiet fi ħdan l-UE u qanqal retorika kontra l-immigrazzjoni fost partiti tal-lemin estrem madwar id-dinja. Mill-inqas 96 persuna mietu waqt li kienu qed jippruvaw jaslu fit-territorju Ewropew.

Il-midja internazzjonali kkwotat sors fi ħdan il-Ministeru tal-Intern tal-Marokk li qal li fost dawk detenuti hemm 109 migranti mill-Afrika sub-Saħarjana u żewġ ċittadini Marokkini, arrestati f’Fnideq u f’dawk l-inħawi. 

Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet Spanjola EFE, il-Pulizija Marokkina użat il-gass tad-dmugħ biex ixxerred gruppi ta’ migranti li kienu nġabru fuq għoljiet madwar 1.9 mili (3 kilometri) ’l bogħod mill-fruntiera.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here