Sunday, December 22, 2024

Il-Pulizija qed tinterroga lis-suspettat fil-qtil ta’ Eric Borg

Aqra wkoll

Il-Pulizija kompliet għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta mal-qtil ta’ Eric Borg, żagħżugħ ta’ 27 sena mir-Rabat.

Sadanittant, fi żvilupp ieħor, il-Pulizija bdiet tinterroga persuna suspettata b’dan il-qtil, li huwa raġel ta’ 40 sena mir-Rabat.

Il-każ seħħ nhar l-ewwel tas-sena, għall-ħabta tat-3.30 p.m., fi Triq il-Fidloqqom, ir-Rabat. Jingħad li s-suspettat u l-vittma kienu involuti argument bejniethom.

Waqt dan l-argument intużat arma tan-nar fejn Borg intlaqat minn żewġ tiri u tħalla mixħut fuq il-bankina. L-allegat aggressur kien ħarab minn fuq il-post iżda ġie arrestat ftit sigħat wara. 

Tim mediku kien imsejjaħ sabiex jassisti iżda sfortunatament Borg kien iċċertifikat mejjet fuq il-post. Xhieda fuq il-post li tkellmu ma’ dan il-ġurnal qalu li semgħu l-ewwel tir segwit minn għajjat u sussegwentement instema’ t-tieni tir. 

Huwa mifhum li l-Pulizija waslet għal ċertu konklużjonijiet wara li rat filmati miġbuda minn kameras tas-sigurtà fl-inħawi.

Il-Maġistrat Charmaine Galea qiegħda tmexxi l-inkjesta b’rabta ma’ dan l-ewwel omiċidju għal din is-sena.  

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjiin.

Ekonomija

Sport