Tuesday, May 14, 2024

“Iż-żieda fl-infurzar qed tħalli l-frott”

- Il-Ministru Aaron Farrugia

Aqra wkoll

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia qal li ż-żieda fl-infurzar u l-preżenza kontinwa tal-uffiċjali ta’ Transport Malta fit-toroq serviet ta’ deterrent għal dawk li forsi ħasbu li tkun idea tajba li jsuqu taħt l-influwenza tax-xorb jew droga. Dan flimkien mal-kampanji edukattivi li qed jittellgħu tul is-sena kollha. 

Huwa rringrazzja lill-uffiċjali tal-infurzar kollha speċjalment dawk ta’ Transport Malta għall-ħidma tagħhom matul dawn iż-żminijiet. Filwaqt li saħaq li mhux faċli li tkun xogħol waqt li ħaddieħor qiegħed jiċċelebra, il-Ministru Farrugia tenna li huwa ta’ sodisfazzjon li tara l-ħidma tiegħek tħalli l-frott hekk kif ma ġewx irreġisrati aċċidenti u fatalitajiet fit-toroq tagħha. 

“Iż-żieda fl-infurzar qed tħalli l-frott. Grazzi lilkom tal-kooperazzjoni tagħkom u nfakkar kif il-qżież mhux ikun tollerat u se nkomplu nkunu viġilanti u iebsin ferm ma’ min jipprova jieħu l-liġi b’idejh,” temm jgħid il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali. 

Sport