Il-Pulizija għadejja bi tfittxija għal ħalliel li aktar kmieni llum wettaq serqa minn ħanut tal-logħob li jinsab fi Triq ix-Xatt Ta’ Xbiex, l-Imsida.
Kienu xi l-11.15am meta l-Pulizija ġiet infurmata bil-każ u minnufih marret fuq il-post. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel mgħammad u allegatament armat b’arma tan-nar, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-impjegata, Kolombjana ta’ 19-il sena.
L-allegat ħalliel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti. L-impjegata ma weġġgħetx.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joseph Mifsud LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.