Monday, April 14, 2025

Il-Qala Champions tal-Kampjonat BOV GFA Champions tal-Ewwel Diviżjoni

Aqra wkoll

Qala Saints ġew uffiċjalment inkurunati Champions tal-Kampjonat BOV GFA tal-Ewwel Diviżjoni għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom.

Il-Qala kellhom staġun dominanti u kisbu vantaġġ fuq ir-rivali mill-qrib Nadur Youngsters bi 3 logħbiet biex jiksbu matematikament il-kampjonat.

Dan l-unur jimmarka kisba storika għall-klabb, billi żiedu il-Kampjonat BOV GFA tal-Ewwel Diviżjoni mal-unuri l-oħra bħal Kampjonat BOV GFA tat-tieni diviżjoni, is-Super Cup u l-GFA Cup.

Charmaine Borg, Manager tal-Fergħa ta’ Għawdex tal-Bank of Valletta u Samuel Azzopardi, President tal-Gozo Football Association ippreżentaw it-Tazza tal-Kampjonat BOV GFA tal-Ewwel Diviżjoni liċ-champions quddiem il-folla mdaqqsa fil-Gozo Stadium.

Is-sħubija fit-tul bejn il-Bank of Valletta u l-Gozo Football Association għandha l-għan li trawwem l-impenn tal-komunità u tipprovdi opportunitajiet aħjar għall-atleti lokali biex juru t-talenti tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport