Sunday, December 22, 2024

Il-Qatar champions Asjatiċi

Aqra wkoll

Il-Qatar huma ċ-champions tal-Asja għat-tieni darba konsekuttiva meta fil-finali, li saret quddiem 86,492 spettatur fil-Lusail Stadium ta’ Lusail, għelbu lill-Ġordan bl-iskor ta’ 3-1 biex b’hekk baqgħu champions wara li kienu rebħuha fl-edizzjoni ta’ qabel fl-2019.

Anke fil-finali ta’ qabel kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1 meta l-avversarji tagħhom kienu l-Ġappun li kienu favoriti netti. U l-bie­raħ huma reġgħu għollew it-trofew f’pajjiżhom stess.

L-eroj tal-Qatari ma kien ħadd ħlief Akram Afif li skorja hat-trick meta żamm in-nervi biex għeleb lill-goalkeeper avversarju tliet darbiet mill-11-il metru bil-goals jaslu fit-22, fit-73 u fid-96 minuti bil-goal uniku tal-Ġordan jiskorjah Yazan Abdallah Alnaimat fis-67 minuta biex kiseb id-draw momentarju li dam biss sitt minuti.

Dan kien l-ewwel hat-trick li ġie skorjat fil-finali ta’ din il-kompetizzjoni  me­ta Aziz kien ukoll l-istilla tat-tournament.

Huwa kien ukoll l-istilla fil-finali waqt li r-rebħ taż-Żarbun tad-Deheb kien wieħed denju.

Ekonomija

Sport