Il-Ministeru għad-Difiża tal-Afghanistsan illum qal li nqatlu 74 terrorist tat-Taliban, filwaqt li 15 oħrajn indarbu fi ġlied mal-forzi armati tal-pajjiż fil-provinċja ta’ Kandahar.
Il-ġlieda faqqa’ lbieraħ wara li l-armata tal-pajjiż nidiet attakk fuq it-terroristi fid-distretti ta’ Zheria, Dand, Panjwae u Arghandab. Il-Ministeru għad-Difiża qal li t-terroristi kienu qed jippjanaw biex jattakkaw pożizzjonijiet taħt il-kontroll tal-qawwiet Afghani.
Il-Ministeru żied jgħid li numru kbir ta’ armamenti li kienu fil-pussess tat-terroristi nqerdu.
L-Afghanistan ra żieda f’attakki vjolenti anke jekk negozjaturi għall-Gvern u t-Taliban qed jiltaqgħu fil-Qatar bil-għan li jintlaħaq ftehim ta’ paċi.
Fid-29 ta’ Novembru li għadda mill-inqas 30 suldat inqatlu f’attakk suwiċida fil-provinċja ċentrali ta’ Ghazni. Dan filwaqt li mill-inqas ħames persuni nqatlu filwaqt li 21 oħrajn indarbu wara li 14-il rokit laqtu diversi partijiet tal-belt ta’ Kabul fil-21 ta’ Novembru.