Sunday, December 22, 2024

Il-Qorti f’Bangladesh ikkundannat żewġ attivisti fuq rapport dwar il-qtil tal-forzi tas-sigurtà

Aqra wkoll

Il-Qorti f’Bangladesh ikkundannat żewġ attivisti tad-drittijiet tal-bniedem għal sentejn ħabs, f’dik li l-kritiċi qed jisħqu li hi parti minn ripressjoni qabel l-elezzjonijiet. 

Adilur Rahman Khan u Nasiruddin Elan, mill-grupp Odhikar, dejjem ċaħdu li ppubblikaw rapport b’informazzjoni falza. 

Iżda l-prosekuturi qal li r-rapport tagħhom dwar il-qtil tal-forzi tas-sigurtà fl-2013 “immina” l-immaġni tal-pajjiż. Iż-żewġ attivisti ngħataw is-sentenza l-Ħamis f’Dhaka wara proċess ġudizzjarju li dam għaddej 10 snin. 

Diversi gruppi internazzjonali tad-drittijiet tatl-bniedem sejħu għar-rilaxx immedjat tagħhom, billi qed jisħqu li dawn kienu miċħuda minn proċess ġust.

L-istess attivisti qattgħu għexieren ta’ snin jiddokumentaw eluf ta’ allegati qtil “extra-ġudizzjarji”, għajbien ta’ attivisti tal-oppożizzjoni u brutalità tal-pulizija fil-Bangladesh. 

Huma kienu nstabu ħatja dwar rapport li kien ippubblikat fl-2013 b’rabta ma’ protesta minn grupp Iżlamiku li kien ipprova jimponi forma aktar stretta ta’ reliġjon fuq is-soċjetà tal-Bangladesh. 

Ir-rapport tagħhom iddokumenta li l-forzi tas-sigurtà qatlu minn tal-inqas 61 persuna, inklużi tfal, f’operazzjoni matul il-lejl f’Dhaka biex jitneħħew id-dimostranti.

Khan u Elan inżammu arrestati għal xi ħin wara li ġie ppubblikat ir-rapport u mbagħad ingħataw il-ħelsien mill-arrest. L-akkużi kienu reġgħu nġabru riċentament mill-prosekuturi.

Il-Prosekutur Nazrul Islam Shamim spjega mal-aġenzija tal-aħbarijiet AFP li l-attivisti ġew ikkundannati sentejn ħabs talli ppubblikaw u ċċirkolaw informazzjoni falza, li weġġgħu sentimenti reliġjuża u mminaw l-immaġni tal-istat.

Ekonomija

Sport