Thursday, December 26, 2024

Il-Qorti Internazzjonali għaddejja b’investigazzjoni dwar allegazzjonijiet ta’ delitti fil-gwerra tas-Sudan

Aqra wkoll

Il-Kap Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali qed jinvestiga b’urġenza allegazzjonijiet ta’ delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità fil-belt ta’ al-Fashir fid-Darfur li saret bejn l-armata Sudaniża u l-Forzi ta’ Appoġġ Rapidu, l-RSF

Fi stqarrija il-prosekutur Karim Khan qal li l-QKI għandha investigazzjoni attiva dwar reati, possibbli li qed jitwettqu bħalissa ġewwa Darfur. Huwa qal ukoll; “Ninsab imħasseb dwar dawn l-allegazzjonijiet”. Żied li l-uffiċċju tiegħu qed jinvestiga dawk l-allegazzjonijiet “b’urġenza”.

F’Al-Fashir, li tinsab fir-reġjun tad-Darfur fil-majjistral tas-Sudan, jgħixu aktar minn 1.8 miljun residenti u huwa l-aħħar post għall-gwerra bejn l-armata Sudaniża u l-RSF li bdiet lura għal April tal-2023.

Ekonomija

Sport