Tuesday, December 24, 2024

Il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja tordna lill-Iżrael sabiex tippermetti li Gaza jkollha s-servizz bażiċi 

Aqra wkoll

Il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja għamlet ordni lill-Iżrael, sabiex jaġixxi mingħajr dewmien u b’hekk jippermetti li jagħti lill-Gaza, servizzi bażiċi u għajnuna umanitarja, l hija meħtieġa b’mod urġenti fil-pajjiż. Dan hekk kif, f’Gaza qed ikun hemm twissijiet li fil-ġimgħat li ġejjin, l-pajjiż jaf jintlaqat minn perjodu fejn in-nies isofru l-ġuħ

B’reazzjoni għat-talb tal-Qorti, il-Minsteru tal-affarijiet barranin tal-Iżrael qal li l-pajjiż tiegħu kien qed jppromwovi inizjattivi ġodda u fl-istess waqt, jespandi dawk li kienu diġa eżistenti. Huwa żied jgħid li dan kollu qed iseħħ, sabiex tingħata l-għajnuna lill-Gaza, kemm fuq l-art, kif ukoll bl-ajru u bil-baħar. 

Din iddeċiżjoni tal-Qorti, waslet wara li l-Afrika t’Isfel għamlet talba lill-istess Qorti, sabiex issaħħaħ l-ordni maħruġa lill-Iżrael f’Jannar u b’hekk tieħu l-miżuri kollha biex tevita reati ta’ ġenoċidju f’Gaza.Il-ġimgħa li għaddiet, rapport internazzjonali, li kien immexxi mill-Programm Dinji tal-Ikel u oħrajn, wissa li f’Gaza qed tiżviluppa sitwazzjoni katastrofika. L-istess rapport jindika li f’Gaza hemm madwar 2.2 miljun ruħ li kienu qed jaffaċċjaw livelli ta’ insigurtà.

Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti, magħrufa wkoll bħala l-ICJ qalet li Gaża m’għadhiex tiffaċċja biss riskju ta’ ġuħ iżda li qed ikollha persuni li jmutu minħabba l-ġuħ. Ġie nnutat kif fil-pajjiż, kien hemm mal- 31 persuna, inkluż 27 tifel u tifla, li mietu mietu kawża ta’ malnutrizzjoni u nuqqas ta’ xorb. 

Is-sentenza qalet ukoll li l-Iżrael għandu jiżgura li l-militar tiegħu ma jikkommettix atti li jikkostitwixxu ksur ta’ xi wieħed mid-drittijiet tal-Palestinjani f’Gaża taħt il-Konvenzjoni tal-Ġenoċidju.

Ekonomija

Sport