Sunday, November 24, 2024

Il-Qorti ma ssibx żagħżugħ ħati li tajjar raġel fin-Naxxar

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 24 sena mir-Rabat ma nstabx ħati li tajjar raġel fin-Naxxar. Dan wara li mill-provi li tressqu fil-Qorti, irriżulta li l-vittma qasam minn quddiem il-karozza taż-żagħżugħ, bejn il-karozzi, meta ftit bogħod kien hemm żewġ zebra crossings.

Iż-żagħżugħ kien mixli li fil-5 ta’ Awwissu 2020, fi Triq il-Labour, saq b’manjiera traskurata u perikoluż u kkaġuna ġrieħi gravi lil raġel. Ingħad li meta marru fuq il-post, il-Pulizija sabu li r-raġel kien qiegħed bilqegħda fuq taraġ tal-ħanut u ġie nnutat li kellu xi ġrieħi f’rasu u f’saqajh.

Il-Pulizija nnutaw ukoll li l-karozza kienet tressqet minn fejn seħħ l-impatt biex ma tostakolax it-traffiku u li fl-istess triq imsemmija kien hemm żewġ zebra crossings naqa lfuq minn fejn seħħ l-inċident. Ix-xhieda li kienu hemmm dak il-ħin tal-inċident, spjegaw li r-raġel qasam minn bejn il-karozzi quddiem dik misjuqa mill-akkużat.

Dan wassal biex il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace kkonkludiet li kien ir-raġel li qasam minn quddiem l-akkużat meta kellu l-għażla li jaqsam minn il-pedestrian crossings ftit bogħod. Hija sostniet li kien impossibbli għall-akkużat li jevita l-impatt

Sport