Friday, May 17, 2024

Il-Qorti tal-Appell tikkonferma s-sentenza ta’ 30 sena għal Sudanż li qatel Eġizzjan

Aqra wkoll

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermar is-sentenza ta’ raġel Sudaniż li f’Marzu tas-sena li għaddiet ġie kkundannat 30 sena ħabs għall-qtil ta’ Eġizzjan fil-Marsa.

L-akkużat, li għandu 28 sena kien instab ħati qabel għadda ġuri li fl-24 ta’ Lulju tal-2022 qalet lil raġel Eġizzjan Mahmoud, b’diversi daqqiet ta’ sikkina fi Triq Patri Feliċjan Bilocca.

Fil-Qorti tal-Maġistrati, lura għal Marzu tas-sena li għaddiet, l-akkużat ammetta li qatel lill-vittma. Fit-18 ta’ Settembru tal-istess sena, il-Qorti Kriminali kkundannatu 30 sena ħabs qabel mgħadda ġuri.

Saeed appella mis-sentenza bl-argument li fl-imgħoddi, kien hemm diżgwid bejnu u bejn il-vittma u li għalhekk l-qtil ma kienx wieħed li mhux ġustifikat.

Il-Qorti tal-Appell Kriminali qalet li l-argumenti tal-vittma mhumiex validi. Sostniet li meta ppruvaw iżommuh, l-agressur baqa’ jagħti bis-sikkina lill-vittma.

Il-Qorti tal-Appell Kriminali żiedet li ma kien hemm ebda ħtieġa li juża s-sikkina fl-argument mal-vittma. Innutat ukoll li għalkemm il-kondotta tiegħu ma kinitx waħda allarmanti, huwa kien instab ħati li kkommetta diversi reati waqt li kien fis-sakra f‘xahar wieħed biss.

Kien għalhekk li l-Qorti tal-Appell ċaħditlu l-appell u kkonfermat il-piena ta’ 30 sena ħabs. Il-Qorti tal-Appell Kriminali kienet preseduta mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti u l-Imħallfin Giovanni Grixti u Edwina Grima.

Sport