Wednesday, April 24, 2024

“Il-qraba tagħna m’għandhomx għalxiex jinkwetaw”; L-appell ta’ anzjan f’Residenza San Ġużepp

Aqra wkoll

“Il-qraba tagħna m’għandhomx għalxiex jinkwetaw. L-istaff u l-maniġment qegħdin jieħdu ħsiebna professjonalment u jieħdu paċenzja ħafna bina.” Dan huwa l-appell li anzjan residenti f’Residenza San Ġużepp fil-Fgura għamel fuq il-midja soċjali hekk kif aktar kmieni llum sar magħruf li mis-78 każ ġodda ta’ persuni infettati bil-Covid-19, kien hemm 24 każ minnhom ta’ residenti proprju f’din id-dar tal-anzjani.

“Nitlob lill-familji tagħna biex ma jippanikjawx,” kompla jisħaq l-anzjan, hekk kif tenna li matul din il-ġimgħa ttiħdulhom numru ta’ swab tests, filwaqt li mhux qed ikun hemm kuntatt bejn ir-residenti. Dan bil-għan li t-tixrid tal-virus fid-dar jiġi kkontrollat mill-aktar fis.

L-anzjan temm billi rringrazzja l-ħaddiema kollha ta’ Residenza San Ġużepp “għax huma l-frontliners tagħna u għalina dawn huma l-eroj tagħna.”

Sport