Saturday, December 14, 2024

“Il-qtil tal-massa u l-istupru huma realtajiet tan-nisa Ukreni… nistennewh f’Kyiv”

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Fost dawk li nġabru f’Ħal Far spikkat il-komunità Ukrena u ltqajna magħhom ukoll biex naraw xi tfisser għalihom din iż-żjara. 

Sergiy Zhyrov qalilna: “Din hija opportunità kbira peress li aħna l-Ukreni bħalissa qed insofru minn ġenoċidju mir-Russi. Nemmen li l-Papa huwa d-distributur tal-ħniena t’Alla. Verament nemmen li huwa l-persuna adattata biex titkellem dwar il-qtil tal-massa u l-istupru li sfortunatament qed jesperjenzaw in-nisa f’pajjiżna. Dan kollu qed iseħħ issa f’pajjiżna. Din iż-żjara tibgħat messaġġ b’saħħtu ferm lid-dinja kollha. Li jkollok eluf ta’ nies maqtula f’pajjiżna ma jistax iħalli l-ebda bniedem indifferenti. Jekk tqis lilek innifsek bħala bniedem, żgur li ma tistax ma titkellimx quddiem din ir-realtà li qed isseħħ f’nofs l-Ewropa. L-umanità kollha għandha tieqaf tirrifletti u taġixxi. Din hi gwerra fuq skala sħiħa fejn eluf ta’ nies qed jiġu ttorturati. Għandna bżonn nitkellmu. Ir-Russi qed joqtlu l-annimali sempliċement għall-gost… immaġina x’qed jagħmlu lin-nies.”

Żied jgħid: “Qed naraw appoġġ kbir minn pajjiżi bħall-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja u anke Malta qed tagħmel ħafna magħna. Nemmen li din iż-żjara tal-Papa hija mument opportun ta’ riflessjoni għad-dinja kollha u napprezzaw tassew li l-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku jinkludina fil-messaġġ tiegħu. Din iż-żjara hija twissija li d-dinja m’għandhiex tibqa’ indifferenti.”

“Fl-aħħar nett, nilqgħu wkoll li hemm il-possibbiltà li l-Papa jżur Kyiv. B’hekk se jibgħat messaġġ qawwi ħafna u nistennew bil-ħerqa li din iż-żjara tassew isseħħ,” temm jgħid Zhyrov.

Ekonomija

Sport