Il-UEFA fetħet investigazzjoni dwar l-imġieba ta’ Mason Greenwood u Matteo Guendouzi wara l-partita bejn Fenerbahce u Lyon fil-UEFA Champions League. Fenerbahce rebħu 2-1 fi Franza u għaddew għall-fażi li jmiss b’aggregate ta’ 3-2.
Wara s-suffara finali, Guendouzi beda jipprovoka lill-partitarji ta’ Lyon, u dan wassal għal konfużjoni u inċidenti kemm fil-ground kif ukoll fit-tunnel.
Persuna liebsa tracksuit ta’ Lyon dehret tipprova tagħti daqqa ta’ sieq lil Guendouzi. Greenwood kien ukoll fiċ-ċentru ta’ dawn ix-xeni.
Fenerbahce kkonferma li l-UEFA fetħet proċeduri dixxiplinarji kontra ż-żewġ players u kontra l-club. Il-club Tork qal li se jippreżenta d-difiża tiegħu biex jipproteġi lill-players u l-interessi tiegħu.
Għadu mhux magħruf x’kastig se jingħataw, iżda l-players jistgħu jiffaċċjaw sospensjonijiet u multi. Fenerbahce jista’ wkoll jirċievi multa jew restrizzjonijiet fuq il-partitarji tiegħu fil-logħbiet barra minn daru.




