Monday, April 29, 2024

Il-UEFA tapprova l-format ġdid tal-Premier

Aqra wkoll

Il-Malta Premier League tixtieq tħabbar li l-UEFA ikkonkludiet li l-format ġdid tal-kampjonat huwa konformi mar-regolamenti u talbiet tagħha.

Din il-konklużjoni ħarġet wara diskussjonijiet bejn UEFA, MFA u MPL, li kienet assistita minn European Leagues.

L-approvazzjoni ingħatat wara aġġustamenti minuri biex jiġu assigurati saħansitra aktar il-mertu sportiv u pjazzament. Dan jinkludi l-introduzzjoni tal-possibilta kemm ta’ Playoff Final u Final Four skont il-klassifiċi tal-Opening u Closing Rounds.

Din id-deciżjoni kienet kundizzjoni li kienet għamlet l-MFA meta diga’ approvat il-format.

Issa jmiss li fiż-żmien li ġej jiġi ppreżentat uffiċjalment il-format eċċitanti u kompetittiv, biex tingħata informazzjoni korretta lill-media u lill-pubbliku sportiv.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport