Saturday, July 20, 2024

Il-UEFA tgħid li ma kien hemm l-ebda dewmien biex jiġi kkurat Barnabas Varga

Aqra wkoll

“Ma kien hemm “l-ebda dewmien” biex jiġi kkurat l-Ungeriż, Barnabas Varga, meta sofra injury f’rasu nhar il-Ħadd li għadda,” qalet il-UEFA

L-attakkant ittieħed l-isptar wara li sofra ksur f’ħaddejh fir-rebħa ta’ 1-0 fuq l-Iskozja, valida mill-Fażi tal-Gruppi tal-Euro 2024.

Il-partita ġiet sospiża għal kważi seba’ minuti fit-tieni taqsima hekk kif il-player ta’ 29 sena rċieva kura fit-tul wara ħabta mal-goalkeeper Skoċċiż, Angus Gunn.

Il-captain tal-Ungerija, Dominik Szoboszlai, deher kommoss ħafna fil-ground u wara l-partita kkritika l-ħin ta’ reazzjoni tal-istaff mediku.

Il-UEFA qalet: “L-intervent tat-tabib tat-team seħħ fi żmien 15-il sekonda mill-inċident, segwit immedjatament mit-tieni tabib tal-ground, biex jagħmel l-ewwel valutazzjoni tal-injury u jipprovdi trattament xieraq, skont il-proċeduri mediċi tas-soltu.

“It-team kwalifikat ta’ emerġenza, li jkun fil-ġenb tal-ground, kien qed jistenna s-sinjal biex joħroġ fil-ground, skont il-protokoll tagħhom, u wasal bl-istretcher hekk kif  l-intervent tagħhom kien mitlub mill-mediċi biex imbagħad ħadu lil Vargas l-istpar b’mod immedjat.

“Il-kordinazzjoni bejn l-istaff mediku kollu fuq il-post kienet professjonali u kollox sar skont il-proċeduri mediċi applikabbli. Ma kien hemm l-ebda dewmien fit-trattament u l-assistenza lill-player.”

Szoboszlai għen biex jinġieb stretcher fil-ground hekk kif Vargas beda jirċieva l-kura. Huwa qal ma setax jifhem kif l-istaff mediku ma ħariġx fil-ground mill-ewwel meta sar l-inċident.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport