Tuesday, May 14, 2024

Il-vittmi tal-qtil doppju fil-Marsa se jingħataw l-aħħar tislima nhar it-Tnejn li ġej

Aqra wkoll

Joe Bartolo magħruf bħala l-Babbakku ta’ 73 sena mill-Gudja u s-sieħba tiegħu Carmen ta’ 56 sena li nqatlu nhar il-Ħadd li għadda f’razzett fil-Marsa se jkunu qegħdin jingħataw l-aħħar tislima nhar it-Tnejn li ġej fil-Knisja Parrokjali tal-Gudja fit-3.30pm.

Il-vittmi allegatament inqatlu minn Iddirisu Faisal ta’ 34 sena mill-Ghana li nhar it-Tnejn li għadda filgħaxija tressaq b’arrest quddiem il-Maġistrat Dr. Abigail Critien.

Allegatament hu qatel lill-koppja wara li ġurnata qabel Joe Bartolo kien keċċih mill-istalla fejn kien jgħix. Skont informazzjoni li kellu dan is-sit jidher li ż-żewġ persuni nqatlu b’imqass li jintuża bħala għodda.

Fil-jiem li ġejjin mistennija li tibda l-kumpilazzjoni ta’ Faisal fejn jibdew jitressqu l-provi quddiem il-Qorti. Hu wieġeb mhux ħati tal-akkużi li nġiebu kontrih.

Sport