Il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar il-wage supplement u qal li ma kienx għal din l-għajnuna, madwar nofs il-forza tax-xogħol fis-settur privat kienet titlef ix-xogħol tagħha.
“Ara x’konsegwenza massiva kien ikollna f’dan il-pajjiż. Id-deċizjoni li ħadna hi li l-wage supplement jiġi estiż sal-aħħar ta’ Jannar. Imma fl-istess ħin trid tkun realistiku ma’ dak li qed jiġri.
“Fis-settur tat-turiżmu, qed naraw li dawn is-shoulder months huma iktar ibsin minħabba li l-ivvjaġġar qed jiġi mfixkel bħalissa. Id-deċiżjoni li ħadna hi li l-għajnuna fil-forma tal-wage supplement trid testendi lil hinn minn Jannar ta’ din is-sena. Ma jkunx jagħmel sens tirtira l-għajnuna f’mument kruċjali,” tenna l-Prim Ministru.
Huwa fakkar kif fl-aħħar xhur, dan il-Gvern ta’ f’għajnuna diretta lill-familji u negozji total ta’ 4 biljun ewro li permezz tagħhom ġew salvati madwar nofs l-impjiegi fis-settur privat.