Wednesday, March 27, 2024

“Min tlaqqam m’hemmx dubju li se jkollu l-ħajja tiegħu aktar faċli” – Il-PM Robert Abela

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela għamel appell lill-imsieħba soċjali biex jibqgħu jaċċennaw fuq l-importanza tal-vaċċin li f’dan il-mument hi kruċjali aktar minn qatt qabel. Kollox jibqa’ dipendenti fuq kemm in-nies jibqgħu jikkonkorru għat-teħid tal-vaċċin. Min tlaqqam m’hemmx dubju li se jkollu l-ħajja tiegħu aktar faċli.

Huwa qal ukoll din is-sena se tkun sena fejn irridu nkomplu nkattru x-xogħol, l-investiment u l-fiduċja li hemm f’pajjiżna. “Din tagħmilha billi jkun Gvern għatxan li jaħtaf kull opportunità li tiġi quddiemu. Nemmen li għandna dik il-kwalità ta’ grinta li kull opportunità li tiġi quddiemna, naħtfuha u nġibuha għan-negozji u l-familji tagħna. Tagħmilha imma għax ikollok pjan. Il-pjan huwa dak li ħabbarna fil-budget għal din is-sena, pjan ambizzjuż li minkejja li din il-leġiżlatura fadlilha biss ħames xhur, fadlilna aktar xi nwettqu,” qal il-Prim Minisru. 

Il-budget għas-sena d-dieħla minnu nnifsu fih l-akbar investiment fis-saħħa u fl-edukazzjoni. L-akbar investiment fl-ambjent. L-akbar investiment fis-servizzi soċjali.

Ekonomija

Sport