Friday, April 19, 2024

Il-WHO tgħid li l-varjant ta’ Franza IHU mhuwiex daqstant ta’ theddida

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet li l-varjant tal-Coronavirus li ġie identifikat fi Franza mhuwiex daqstant ta’ theddida.

Il-kelliem għall-WHO Abdi Mahamud kien ilu jdur fil-komunità sa mill-istess perjodu li ġie skopert il-varjant tal-Omicron fl-Afrika t’Isfel lejn tmiem is-sena li għaddiet.

Il-varjant IHU ta’ Franza ġie identifikat fi 12-il persuna fi Franza, filwaqt li l-Omicron irnexxielu jinfirex fuq livelli rekord ta’ infezzjonijiet madwar id-dinja.

Ix-xjenzat Didier Raoult qal li l-ewwel pazjent b’dan il-varjant kien vaċċinat u kien għadu kif jirritorna mill-Kamerun.

Huwa żied jgħid li l-WHO tħares lejn is-sitwazzjoni ta’ varjanti diversi u li meta jirriżulta li dawn ipoġġu riskju sinifikanti tiddikjara dawn il-varjanti bħala “varjant ta’ tħassib”. F’dan il-każ, il-varjant IHU għadu qiegħed jiġi investigat.

Sport