Sunday, May 19, 2024

Il-WHO tissospendi t-testijiet tal-hydroxychloroquine kontra l-Covid-19

Aqra wkoll

Studju fuq livell dinji dwar l-użu tal-hydroxychloroquine fit-trattament għall-Covid-19 se tkun qed titwaqqaf b’mod temporanju minħabba l-ħtieġa ta’ aktar informazzjoni dwar kemm l-użu tagħha huwa sigur. Dan qalitu l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

Skont il-WHO, l-esperti tagħha jeħtieġu li janalizzaw l-evidenza medika u xjentifika kollha disponibbli bil-għan li jkunu jistgħu jiddeterminaw fil-pożittiv jew negattiv dak dikjarat il-ġimgħa li għaddiet mill-ġurnal mediku “The Lancet”, li assigura li dawk il-persuni li kienu qed jieħdu din il-mediċina li tintuża biex tittratta l-malarja kienu f’riskju akbar li jmutu jew jiżviluppaw problemi kardjoloġiċi.

Il-Kap tal-Emerġenzi fi ħdan il-WHO, Dr Michael Ryan, qal li anke jekk it-testijiet imwettqin mill-WHO s’issa ma jindikawx nuqqas ta’ sigurtà għas-saħħa fl-użu tal-mediċina, huma jeħtieġu li jkunu kawti fid-dawl ta’ studji ġodda.

Anke jekk l-użu tal-hydroxychloroquine u l-chloroquine għadu ma ġiex ippruvat li huwa effettiv kontra l-pandemija attwali, l-użu tagħhom huwa approvat fit-trattament għal diversi mard ieħor bħal-lupus, ir-rheumatoid arthritis, u l-malarja.

Sport