Sunday, December 22, 2024

Illejla Biden mistenni jieħu post Donald Trump fil-White House

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Joe Biden mistenni jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala s-46 President tal-Istati Uniti biex b’hekk jieħu r-riedni tan-nazzjon f’idejh. Is-sitwazzjoni mhijiex xi waħda ideali hekk kif bħalissa fil-pajjiż hemm firda politika, ekonomija li qed tbati biex tlaħħaq u pandemija reżiljenti li mhi turi l-ebda ħniena.

Il-Viċi Preident eletta Kamala Harris ukoll se tkun qiegħda tieħu postha fl-uffiċċju f’Washington DC, li ġie ffortifikat b’sikurezza massima minħabba l-possibbilità ta’ protesti.

Madwar 25,000 uffiċjal se jkunu qed jgħassu ċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni tal-ħatra ta’ Biden. Dan wara li aktar kmieni dan ix-xahar, protesta f’Capitol inbidlet fi traġedja bil-mewt ta’ sitt persuni.

B’hekk illum Donald Trump se jkun qiegħed iħalli l-White House għall-aħħar darba. Fl-aħħar ġimgħat huwa għamilha ċara li ma kienx se jkun qiegħed jattendi għall-inawgurazzjoni tas-suċċessur tiegħu.

Ekonomija

Sport