Friday, November 1, 2024

Illum Floriana v Sliema W. fl-‘Old Firm Derby’

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Illum u għada tintlagħab l-10 ġurnata tal-Malta Premier, bl-aktar partita attraenti tkun bejn ir-rivali antiki Floriana u Sliema Wanderers, magħrufa aħjar bħala l-Old Firm Derby. 

Fiż-żminijiet l-imgħoddija dan il-konfront kien ikun mistenni ħafna hekk kif l-Empire Stadium tal-Gzira kien ikun mimli daqs bajda minħabba r-ri­valitá li dejjem eżistiet bejn dawn iż-żewġ timijiet glorjużi. 

Peró, minn mindu l-football ma baqax jintlagħab fil-Gżira, din rivalitá bdiet tnaqqas mill-importanza tagħha biex illum prattikament mietet għal kollox. 

Intant, il-leaders Birkirkara jaffrontaw lil Naxxar Lions fejn jibdew favoriti li jiksbu d-disa’ rebħa konsekuttiva. 

Filwaqt li jittamaw li Floriana u Sliema Wanderers itemmu fi draw, Hibernians jimmiraw li jegħlbu lil Balzan li qed jiddiżappuntaw bil-kbir. 

Partita oħra importanti hija dik bejn Hamrun Spartans u Marsaxlokk hekk kif iż-żewġ timijiet jippruvaw jirritornaw għar-rebħ min­ħabba l-impatt li din il-partita jista’ jkollha rigward it-Top Six. 

Gzira United jiffaċċjaw lit-team ta’ qiegħ il-klassifika, Zabbar St Patrick, bil-mira tagħhom tkun li jikkwalifikaw mal-ewwel sitt timijiet. 

F’partita interessanti, Me­­lita jiltaqgħu kontra Mosta liema partita tista’ tinfluwenza il-pożizzjonijiet għal mat-Top Six. 

Floriana v Sliema W.– Din il-partita tiftaħ il-programm tal-10 ġurnata li hija meqjusa bħala waħda bilanċjata u miftuħa għal kull riżultat hekk kif iż-żewġ timijiet huma konxji li rebħa żżommhom f’kuntatt mal-leaders Birkirkara li flimkien ma’ Floriana għadhom mingħajr telfa. 

Min-naħa tagħhom, Slie­­ma Wanderers sofrew telfa waħda biss, jinsabu punt taħt il-Greens u ilhom ma jirbħulhom mit-13 ta’ Diċembru, 2020, bl-iskor ta’ 1-0. 

Carlo Zammit Lonardelli jibqa’ dubjuż għal Floria­na. 

Birkirkara v Naxxar L.  – Jidher li bħalissa ħadd ma jista’ jwaqqaf il-furja ta’ Birkirkara hekk kif ġejjin minn tmien rebħiet infila. 

Huma jibdew favoriti netti li jieħdu t-tliet punti minn dan il-konfront iżda jridu juru rispett massimu lejn l-avversarji li jinsabu fil-bżonn tal-punti hekk kif jinsabu fil-post ta’ qabel l-aħħar. 

Iż-żewġ timijiet għandhom player sospiż – Birkirkara lil Pablo Leonel Gaitan filwaqt li Naxxar  Lions għandhom lil Pedro De Assis Barreto. 

Iżda Degran Jackson se jirritorna għal-Lions minn sospensjoni.  

Balzan v Hibernians – Balzan, li fallew kull ċans li jistgħu jikkwalifikaw għat-Top Six, jaffrontaw lil Hibernians li jinsabu fir-raba’ post. 

Il-Pawlisti ma jistgħux ifallu jekk iridu jibq­għu jis­fidaw għar-rebħ tal- kampjonat bil-biżgħa li d- distakk ikompli jikber mil- leaders Birkirkara hekk kif bħalissa huwa dak ta’ tmien punti. 

Min-naħa tal-Balzanin, ifittxu li jakkwistaw il-punti biex jinqatgħu minn mal-aħħar zewġ timijiet min­ħabba li jidher li l-istaġun huwa mitmum għalihom … għalkemm jist­għu jdawru l-fortuni tagħhom fit-Tieni Fażi min­ħabba li kull team jerġa’ jibda minn zero.  

Hamrun S. v Marsaxlokk– Din hija partita li Hamrun Spartans iridu jirbħu akkost ta’ kollox. 

Dan minħabba li meta fadal żewġ partiti biex jintemm l-ewwel round ta’ din l-ewwel fażi,  huma jinsabu fil-periklu li jistgħu ma jikkwalifikawx mat-Top Six. 

Jekk Marsaxlokk joħor­ġu rebbieħa huma jaqbżu lill-istess Spartans fis-sitt post tal-klassifika. 

Aktar minn hekk, jiddependi mir-riżultati ta’ Gzira United u Melita rispettivament li jistgħu jiddeterminaw l-eżitu tal- Hamruniżi … dejjem jekk joħorġu telliefa. 

Peró, l-Ispartans xejn m’hu­ma għaddejjin minn vena tajba hekk kif ġejjin minn tliet telfiet konsekut­tivi.  

L-aħħar darba li esper­jenzaw din is-sensiela ne­gattiva kienet bejn it-28 ta’ Jannar u t-12 ta’ Frar tas-sena 2018. Huma kienu tilfu kontra Balzan (2-0), Flo­riana (1-0) u Gzira Uni­ted      (2-1).

L-aħħar darba li ltaqgħu dawn iż-żewġ timijiet kie­nu Marsaxlokk li ħarġu rebbieħa wara sitt reb­ħiet infila mill-Ispartans fil- konfronti diretti. 

Ix-Xlukkajri se jkunu msaħ­ħa bir-ritorn ta’ Ni­kolai Muscat minn sos­pensjoni.   

Gzira U. v Zabbar SP – Gzira United jinżlu mmotivati għall-konfront kontra Zabbar St Patrick. 

Dan minħabba li rebħa tista’ tkun il-biljett għal mat-Top Six. 

Barra minn hekk huma jridu jirritornaw għar-rebħ wara draw kontra Naxxar Lions (1-1) u telfa kontra Birkirkara (1-0). 

Iż-żewġ timijiet se jkol­lhom player lura minn sospensjoni – Christian Saint Ebisindor għal Gzira  u Strahinja Jovancic għal Zabbar. 

Melita v Mosta– Din hija partita miftuħa għal kull riżultat biż-żewġ timijiet jimmiraw għal rebħa li tista’ tiddeterminalhom posthom fit-Top Six. 

Melita se jkollhom jgħaddu mingħajr is-ser­vizzi tal-Kolumbjan, Aldair Simanca Pena, li jinsab sospiż. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport