Wednesday, November 27, 2024

Illum Glenn Micallef u 26 Kummissarju oħra jiffaċċjaw vot fil-Parlament Ewropew

Aqra wkoll

Aktar tard illum, fl-Parlament Ewropew li qiegħed jiltaqa’ fi Strasburgu se jkun qiegħed jittieħed vot biex jiġi approvata l-Kummissjoni Ewropea l-ġdida. Fost dawn hemm Glenn Micallef li qiegħed f’isem pajjiżna.

Dan il-vot mistenni li jgħaddi hekk kif għandu l-appoġġ tal-akbar gruppi politiċi li hemm fil-Parlament Ewropew. Glenn Micallef huwa l-Kummissarju-elett Malti u l-portafoll tiegħu se jkun iż-Żgħaħagħ, Sports u I-Ġustizzja Interġenerazzjonali.

Mingħajr dan il-vot, il-Kummissjoni Ewropea l-ġdida ma tkunx tista’ tibda taħdem nhar il-Ħadd li ġej.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport