Iċ-ċelebrazzjoni uffiċjali tar-Rebħa Laburista se ssir illum, proprju lejlet waħda mill-akbar kisbiet Laburisti għal pajjiżna, Jum il-Ħelsien.
Kien il-Partit Laburista stess li ħabbar dan. Intqal li din iċ-ċelebrazzjoni se tilħaq il-qofol tagħha b’diskors mill-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista għada l-Erbgħa f’Xatt ir-Risq, il-Birgu.