Sunday, December 22, 2024

Illum issir l-elezzjoni għall-presidenza tal-MFA

Aqra wkoll

Meta llum titlaqqa’ l-Assemblea Ġenerali tal-MFA, f’lukanda fil-Floriana, se jsiru l-elezzjonijiet biex jingħata l-mandat għall-erba’ snin li ġejjin, li fihom tispikka dik tal-presidenza. 

Din il-kariga se tkun kontestata mill-president attwali, Bjorn Vassallo u l-president tal-club ta’ Santa Lucia, Robert Micallef. 

Matul dawn l-aħħar ġimgħat, iż-żewġ kontestanti żaru lill-membri tal-Assoċjazzjoni fejn aċċennaw fuq il-programm u l-pjani tagħhom. 

Filwaqt li s-Sur Micallef sostna li l-programm tiegħu se jkun imsejjes fuq it-trasparenza, l-integrità u l-kontabbilità, is-Sur Vassallo saħaq li l-Assoċjazzjoni se tkompli tibni fuq il-ħafna xogħol li sar matul dawn l-aħħar erba’ snin flimkien mar-riforma li saret fil-governanza.

Il-votazzjoni biex jiġi elett il-president se ssir l-ewwel waħda minn tlieta … bit-tnejn l-oħra jkunu biex jiġu eletti t-tliet viċi-presidenti.  

B’differenza għall-elezzjonijiet passati, din id-darba se ssir waħda biex tiġi eletta viċi-presidenta mara. Din se tkun kontestata minn Maria Azzopardi, Christabelle Chetcuti u Dana Farrugia.

Iż-żewġ kandidati li ma jiġux eletti, se jiddaħħlu fil-votaz­zjoni biex jinħatru ż-żewġ viċi-presidenti l-oħra … li jinkludu lil Samuel Azzopardi, Adrian Casha, Peter Fenech, Pierre Miceli u Matthew Paris.  

Dan ifisser li fl-istorja tal-MFA jista’ jkun hemm mhux waħda iżda żewġ viċi-presidenti nisa għall-ewwel darba.

L-Assemblea Ġenerali tibda fis-6.00 pm.

Ekonomija

Sport