Wednesday, April 24, 2024

Illum jaslu l-ewwel pilloli ta’ kontra l-Covid-19 fil-Korea t’Isfel

Aqra wkoll

Il-Korea t’Isfel se tkom­pli żżid mal-għodda farmaċewtiċi tagħha fil-ġlieda kontra l-varjant Omicron, u dan hekk kif fl-aħħar sigħat awtorizzat l-użu tal-vaċċin Novavax Inc kif ukoll qiegħda tipprepara li tibda tqassam il-pilloli antivirali żviluppati minn Pfizer. 

Minn tal-inqas 21,000 pillola ta’ Pfizer PFE.N, imsejħin Paxlovid, se jkunu qegħdin jaslu ġewwa l-Korea t’Isfel illum filwaqt li 10,000 oħra misennija li jaslu sal-aħħar tax-xahar. Dawn il-pilloli kienu ġew awtorizzati għal użu ta’ emerġenza f’Diċembru li għadda u se jintużaw fit-trattament ta’ iktar minn 1,000 persuna kuljum. Kelliem għall-Ministeru tas-Saħħa qal li t-trattament orali se jibda jingħata l-ewwel lil dawk li għandhom minn 65 sena ’l fuq u lil dawk li għandhom immunità baxxa.  

Skont ir-riċerka li saret, il-pilloli Paxlovid għandhom kapaċità ta’ 90% li jipprevejnu milli persuni jiddaħħlu l-isptar jew jitilfu ħajjithom kawża tal-Covid-19. Il-kumpanija Pfizer qalet li t-testijiet tagħha wrew ukoll li Paxlovid għandha l-kapaċità li tiġġieled ukoll il-varjant Omicron. 

Sport