Saturday, December 21, 2024

Illum jiġi ċċelebrat il-jum internazzjonali taċ-ċikkulata

Aqra wkoll

Filwaqt li jista’ jkun hemm ftit nies fid-dinja li ma jħobbux iċ-ċikkulata, għal ħafna ċ-ċikkulata hija meqjusa bħala waħda mill-itjeb ħlewwiet. Saħansitra għal xi wħud iċ-ċikkulata hija ossessjoni.

Huwa fatt interessanti li l-pjanti taċ-ċikkulata ilhom fuq din l-art sa mill-bidu tal-istorja. Madwar 4000 sena ilu li residenti f’Olmec tal-Mesoamerika fil-Messiku bdew jibdlu l-fażola tal-kawkaw f’xarba. 

Dak iż-żmien li wieħed jixrob iċ-ċikkulata kienet ikkunsidrata bħala xi ħaġa rari u speċjali fl-istess ħin. Dan għaliex, din kienet tintuż għal skopijiet mediċinali.

Maż-żmien, il-fażola tal-kawkaw żdiedet fl-importanza tagħha tant li bdiet tintuża bħala munita ta’ valur għall-kummerċ. Imbagħad eventwalment fis-seklu 16, iċ-ċikkulata sabet ruħha fl-Ewropa. 

Jeżistu diversi tipi differenti ta’ ċikkulata. Bħal pereżempju; dik bajda, dik bl-essenza tal-frawli, dik bl-essenza tal-larinġ, saħansitra anke bil-ġellewż u bil-minta.   

Ekonomija

Sport