Saturday, October 5, 2024

Papa Franġisku jħeġġeġ biex nimxu fuq il-passi ta’ José Gregorio Hernández

… magħruf bħala “t-tabib tal-fqar” fil-Veneżwela

Aqra wkoll

José Gregorio Hernández Cisneros, lajku u tabib rinomat mill-Veneżwela li ddedika ħajtu għal ħaddieħor, kien is-suġġett prinċipali waqt riflessjoni li saret dalgħodu minn Papa Franġisku lill-udjenza preżenti fil-Vatikan.

Bħalma jsir ta’ kull nhar t’Erbgħa, il-Qdusija Tiegħu Papa Franġisku għażel figura reliġjuża biex jislet eżempju ta’ solidarjetà mal-proxxmu fil-bżonn.

Huwa faħħar il-qdusija kbira li kellu José fejn saħaq li ħalla warajh legat kbir li se jibqa’ mfakkar minn bosta f’art twelidu, filwaqt li ħataf din l-okkażjoni biex iħeġġeġ lil dawk preżenti sabiex jimxu fuq il-passi tiegħu.

José twieled fis-26 ta’ Ottubru 1864 f’Isnotú, raħal żgħir fl-istat ta’ Trujillo, fil-Veneżwela, u kien iddikjarat beatu fl-2021.

Il-Papa kellu kliem ta’ tifħir dwar José tant li ddeskrivieh bħala raġel twajjeb li kellu għal qalbu l-karità mal-proxxmu u mħabba kbira lejn l-Evanġelju. Semma wkoll li kien persuna intelliġenti u li okkupa l-professjoni ta’ tabib u xjentist, kif ukoll kellu karriera ta’ professur l-università.

Però, fuq kollox, enfasizza l-fatt li José kien “tabib midħla tal-ifqar fost il-fqar”, tant li f’art twelidu baqa’ magħruf bħala “t-tabib tal-fqar”.

Sport