Saturday, February 8, 2025

Illum jingħata l-aħħar tislima Mons. Victor Grech

Aqra wkoll

Illum se jingħata l-aħħar tislima Mons. Victor Grech li ħalla din id-dinja l-Erbgħa li għadda fl-età ta’ 95 sena. Il-funeral ta’ Mons. Grech, li jibqa’ mfakkar għall-kontribut kbir u straordinarju li wettaq fis-soċjetà Maltija, qed ikun organizzat mill-Istat.

Fid-9.15 a.m., il-korteo funebri jitlaq miċ-Ċentru tal-Komunità Terapewtika ta’ San Blas fejn jingħata tislima mir-residenti. Għall-ħabta tal-9.40 a.m. jasal il-Korteo funebri quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Immakulata Omm il-Knisja f’Tal-Ibraġ.

Hemmhekk tingħata tislima mill-Kleru tal-Parroċċa ta’ Marija Immakulata u mir-residenti Tal-Ibraġ fejn Mons. Grech kien residenti u serva bħala saċerdot għas-servizz tal-komunità. 

Wara, il-korteo funebri jitlaq għall-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta fejn issir quddiesa praesente cadavere fl-10.30 a.m. ikkonċelebrata mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. 

Wara l-Quddies, il-funeral ikompli f’forma strettament privata. Il-bnadar fuq binjiet pubbliċi għandhom jittajru mezz-asta matul il-ġurnata tal-lum. 

Sadanittant, ilbieraħ, il-katavru ta’ Mons. Grech kien espost għall-qima tal-pubbliku fil-Kappella taċ-Ċentru tal-Komunità Terapewtika ta’ San Blas.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport