Thursday, December 26, 2024

“Illum PL immexxi minn Robert Abela erġajna qed noffru qawmien soċjali ġdid”

Aqra wkoll

Waqt attività politika fil-Ħamrun, il-Ministru Roderick Galdes qal li wara amministrazzjoni preċedenti, wirtu l-faqar, faqar fost l-anzjani, fost il-ġenituri, fost iż-żgħażagħ li kienu mwaħlin fid-dar tal-ġenituri tagħhom, fost oħrajn.

Innota kif dawn l-isfidi, fost ħafna oħra bħala PL bdew u qegħdin jegħlbuhom. Tkellem dwar l-għajnuna li taw biex jiġġieldu l-faqar, għajnuna bbażata fuq pjan fejn taw lin-nies futur.

Qal li huma Gvern inklussiv ta’ vera u li jgħin lil kulħadd. 

Tkellem fost affarijiet oħra kif welldu l-housing affordabbli u li kien Gvern Laburista li naqqas il-waiting list bin-nofs fl-aħħar erba’ snin. Dan apparti mir-riformi kbar li twettqu li taw tama lill-ġenerazzjoni l-ġdida biex tgħix f’soċjetà aktar ġusta. Tkellem dwar riformi kbar l-aktar fis-suq tal-kera u nnota kif dawn ir-riformi hemm min irid iħotthom u jiżra’ ċ-ċertezza fost dawk in-nies li taw ċertezza.

“Żommu f’moħħkom li jistħoqlu l-fiduċja biss min ikattar il-fiduċja fin-nies biex toħlom il-futur tagħha. Aħna ġejna quddiemkom bi pjan li jgħin ġenerazzjoni sħiħa. Il-manifest li qed inressqu jiġbor fih il-ħolma Maltija. 1,000 proposta li mhux biss iħallu ġenerazzjoni toħlom imma jagħtu l-għodda biex dik il-ħolma titwettaq. Manifest soċjali u progressiv li se jibni soċjetà fejn kulħadd jingħata s-setgħa jikkontribwixxi għal din il-ħolma Maltija.”

“Illum PL immexxi minn Robert Abela erġajna qed noffru qawmien soċjali ġdid. Qabża fil-livell tal-għixien,” qal filwaqt li qal li għalhekk: “Xerrdu l-kelma, hawn tinsab it-tama… f’dan il-moviment.”

Ekonomija

Sport